keyboard_tab REGIS - Reg. Intermediation Services 2019/1150 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf 2019/1150 MT cercato: ' l-istati' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl- online 13
- għandha 11
- stabbiliti 10
- ir-regolament 10
- għandhom 10
- minn 9
- kwalunkwe 9
- pubbliċi 9
- membru 9
- kummerċjali 8
- membri 8
- fil-paragrafu 8
- biex 7
- għandu 7
- jekk 7
- tal-intermedjazzjoni 7
- tas-servizzi 7
- tagħhom 6
- skont 6
- fejn 6
- ikunu 6
- korpi 6
- tkun 5
- imsemmi 5
- tal-utenti 5
- ta’ 5
- assoċjazzjonijiet 5
- għal 4
- il-valutazzjoni 4
- fdan 4
- id-dritt 4
- nazzjonali 4
- il-lista 4
- mingħajr 4
- rilevanti 4
- jkollhom 4
- korporattivi 4
- siti 4
- il-kummissjoni 4
- evalwazzjoni 3
- assoċjazzjoni 3
- pubbliku 3
- l-istati 3
- jiżguraw 3
- huma 3
- informazzjoni 3
- dawk 3
- jissodisfaw 3
- dwar 3
- l-organizzazzjonijiet 3
Artikolu 14
Proċedimenti ġudizzjarji minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u minn korpi pubbliċi
1. L-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li għandhom interess leġittimu fli jirrappreżentaw lill-utenti kummerċjali jew fli jirrappreżentaw lill-utenti ta siti web korporattivi, kif ukoll il-korpi pubbliċi stabbiliti fl-Istati Membri, għandu jkollhom id-dritt li jieħdu azzjoni quddiem il-qrati nazzjonali kompetenti fl-Unjoni, skont ir-regoli tal-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tressqet l-azzjoni, biex jitterminaw jew jipprojbixxu xi nuqqas ta konformità mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fdan ir-Regolament.
2. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri jiskambjaw l-aħjar prattiki u informazzjoni ma Stati Membri oħra, abbażi tar-reġistri ta atti illegali li kienu soġġetti għal ordnijiet ta inġunzjoni quddiem il-qrati nazzjonali, fejn tali reġistri huma stabbiliti minn korpi pubbliċi jew awtoritajiet rilevanti.
3. L-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet għandu jkollhom id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 biss jekk dawn ikunu jissodisfaw kull rekwiżiti li ġejjin:
(a) | ikunu stabbiliti sew skont il-liġi ta Stat Membru; |
(b) | ikunu qed isegwu għanijiet li huma fl-interess kollettiv tal-grupp ta utenti kummerċjali jew utenti ta siti web korporattivi li jirrappreżentaw fuq bażi sostnuta; |
(c) | ikunu mingħajr skop ta qligħ; |
(d) | it-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom ma jiġix influwenzat bla bżonn minn kwalunkwe fornitur terz ta finanzjament, bmod partikolari minn fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew ta magni tat-tiftix online. |
Għal dan il-għan, l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet għandhom jiżvelaw bis-sħiħ u pubblikament informazzjoni dwar l-isħubija u s-sors tagħhom ta finanzjament.
4. Fl-Istati Membri fejn hemm stabbiliti dawn il-korpi pubbliċi, dawk il-korpi pubbliċi għandu jkollhom id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1, fejn huma responsabbli biex jiddefendu l-interessi kollettivi tal-utenti kummerċjali jew tal-utenti ta siti web korporattivi, jew biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fdan ir-Regolament, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.
5. l-istati Membri jistgħu jaħtru lil:
(a) | organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet stabbiliti fl-Istat Membru tagħhom li jissodisfaw mill-inqas ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3 fuq talba ta’ dawk l-organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet; |
(b) | korpi pubbliċi stabbiliti fl-Istat Membru tagħhom li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 4 |
li jingħataw id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-isem u l-fini ta’ kwalunkwe tali organizzazzjoni, assoċjazzjoni jew korpi pubbliċi maħtura.
6. Il-Kummissjoni għandha tfassal lista tal-organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u korpi pubbliċi maħtura skont il-paragrafu 5. Dik il-lista għandha tispeċifika l-fini ta’ dawk l-organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u korpi pubbliċi. Dik il-lista għandha tkun ippubblikata fIl-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Bidliet għal din il-lista għandhom ikunu ppubblikati mingħajr dewmien u, fi kwalunkwe każ, lista aġġornata għandha tkun imfassla u ppubblikata kull sitt xhur.
7. Il-qrati għandhom jaċċettaw il-lista msemmija fil-paragrafu 6 bħala prova tal-kapaċità legali tal-organizzazzjoni, tal-assoċjazzjoni jew tal-korp pubbliku, mingħajr preġudizzju tad-dritt tal-qorti li teżamina jekk il-fini tar-rikorrent jiġġustifikax it-teħid ta azzjoni fkaż speċifiku.
8. Jekk Stat Membru jew il-Kummissjoni jqajmu xi tħassib rigward il-konformità, minn organizzazzjoni jew assoċjazzjoni, mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 3, jew, minn korp pubbliku, mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 4, l-Istat Membru li ħatar dik l-organizzazzjoni, assoċjazzjoni jew korp pubbliku skont il-paragrafu 5 għandu jinvestiga t-tħassib u, fejn adatt, jirrevoka l-ħatra jekk ma jkunx hemm konformità ma kriterju wieħed jew aktar.
9. Id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-utenti kummerċjali u tal-utenti ta siti web korporattivi biex jibdew kwalunkwe azzjoni individwali quddiem qrati nazzjonali kompetenti, skont ir-regoli tal-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tressqet l-azzjoni, li hija bbażata fuq drittijiet individwali u għandha l-għan li twaqqaf kwalunkwe nuqqas ta konformità, mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew fornituri tal-magni tat-tiftix online, mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fdan ir-Regolament.
Artikolu 15
Infurzar
1. Kull Stat Membru għandu jiżgura infurzar adegwat u effettiv ta dan ir-Regolament.
2. l-istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli li jistipulaw il-miżuri applikabbli għall-ksur ta dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-miżuri previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 18
Rieżami
1. Sat-13 ta’ Jannar 2022, u mbagħad kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
2. L-ewwel evalwazzjoni ta dan ir-Regolament għandha ssir, bmod partikolari, fid-dawl tal-aspetti li ġejjin:
(a) | il-valutazzjoni tal-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 10 u tal-impatt tagħhom fuq l-ekonomija tal-pjattaformi online; |
(b) | il-valutazzjoni tal-impatt u tal-effikaċja ta kwalunkwe kodiċi ta kondotta stabbilit biex jitjiebu l-korrettezza u t-trasparenza; |
(c) | l-investigazzjoni ulterjuri tal-problemi kkawżati mid-dipendenza tal-utenti kummerċjali mis-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u l-problemi kkawżati mill-prattiki kummerċjali inġusti min-naħa tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u għad-determinazzjoni ulterjuri tal-punt sa liema tali prattiki għadhom mifruxin; |
(d) | l-investigazzjoni ta jekk il-kompetizzjoni bejn il-prodotti jew is-servizzi offruti minn utent kummerċjali u l-prodotti jew is-servizzi offruti jew ikkontrollati minn fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tikkostitwixxix kompetizzjoni ġusta u jekk il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jużawx ħażin id-data privileġġjata fdan ir-rigward; |
(e) | il-valutazzjoni tal-effett ta dan ir-Regolament dwar kwalunkwe żbilanċ possibbli fir-relazzjonijiet bejn il-fornituri tas-servizzi operattivi u l-utenti kummerċjali tagħhom; |
(f) | il-valutazzjoni ta jekk il-kamp ta applikazzjoni ta dan ir-Regolament, speċjalment għal dak li għandu xjaqsam mad-definizzjoni ta "utent kummerċjali", huwiex adatt biex ma jinkoraġġix impjieg indipendenti fittizju. |
L-ewwel evalwazzjoni u l-evalwazzjonijiet sussegwenti għandhom jistabbilixxu jekk hemmx bżonn regoli addizzjonali, inkluż rigward l-infurzar, biex jiżguraw ambjent ta’ negozju online ġust, prevedibbli, sostenibbli u affidabbli fis-suq intern. Wara l-evalwazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha twettaq miżuri xierqa li jistgħu jinkludu proposti leġislattivi.
3. l-istati Membri għandhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jkollhom li tintalab mill-Kummissjoni bl-iskop li jitfassal ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1.
4. Waqt li tkun qed twettaq l-evalwazzjoni ta dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tqis fost l-oħrajn l-opinjonijiet u r-rapporti ppreżentati lilha mill-grupp ta esperti għall-Osservatorju dwar l-Ekonomija tal-Pjattaformi Online. Għandha tqis ukoll il-kontenut u l-funzjonament ta kwalunkwe kodiċi ta kondotta msemmi fl-Artikolu 17, meta xieraq.
whereas